Qorti

Żwieġ annullat wara li mara irrealizzat li tħobb in-nisa

L-Imħallef Abigail Lofaro annullat żwieġ bejn raġel u mara wara li l-mara irrealizzat li hi mhix bisesswali, iżda lesbjana. L-annullament ingħata wara li mix-xiehda fil-Qorti ħareġ illi l-mara li rieditx tikkonsma ż-żwieġ.

Il-koppja kienu iltaqgħu l-Universita’ u iżżewġu fl-2006. Dak iż-żmien, il-mara kienet għarrfet lill-għarus tagħha li hi bisesswali u kellha relazzjonijiet ma’ nisa.

Quddiem il-Qorti tal-Familja, il-mara qalet li ż-żwieġ sar ta’ malajr sabiex il-ġenituri ma jakkużawhomx “li qed jgħixu fid-dnub”. Imbgħad fiż-żwieġ il-mara baqgħet iġġib skuża li qed tibża’ li toħroġ tqila, bil-għan li żżomm ‘il bogħod minnu.

Kien meta itrasferixxew ruħhom fl-Irlanda meta l-mara ammettiet li hi kellha relazzjoni ma’ mara oħra.

Fil-Qorti l-mara qalet li jiddispjaċiha għal żewġha, iżda ma setgħetx tibqa’ tgħix f’gidba.