Għexieren ta’ devoti Ħindu mietu mgħaffġin fir-rassa u l-konfużjoni li nqalgħet f’sit ta’ devozzjoni popolari maġenb xmara, fl-istat ta’ Andhra Pradesh.
Folol kbar ta’ devoti marru fid-distrett ta’ Rajahmundry bl-iskop li jgħumu fix-xmara Godavari waqt il-bidu tal-festival ta’ Maha Pushkaralu, fejn inqalgħet rassa kbira, u n-nies tilfu kull kontroll.
Hu mistenni li mal-24 miljun devot jieħdu sehem f’dan il-festival ta’ 12-il jum, bil-Ħindu jissuktaw bit-twemmin li jeħilsu minn kull ħjiel ta’ dnub jekk jinżlu jgħumu fix-xmara Godavari.
Kelliema qalu li t-traġedja seħħet meta grupp kbir ta’ devoti kienu telgħin mix-xmara u spiċċaw jostakolaw lid-devoti l-oħra li riedu jinżlu fl-ilma mingħajr telf ta’ żmien.
//= $special ?>