Żagħżugħ li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn daħal f’ħanut taż-żraben f’Birkirkara u seraq laptop wara li sab il-cash register vojta, ġie arrestat ftit tal-ħin ilu.
L-identita’ taż-żagħżugħ, li ftit tal-ġimgħat ilu ħareġ mill-ħabs fuq każ separat, instab wara li dan is-sit ippublika l-istorja b’filmati tas-CCTV. Filfatt ftit minuti wara xi persuni għaddew id-dettalji tiegħu b’mod anonimu lil MaltaRightNow, li minn naħa tagħna għaddejna kollox lill-Pulizija.
Fil-filmat, iż-żagħżugħ jidher jiftaħ il-cash register bil-flokk li kien liebes, bl-iskop li ma jħallix marki tas-swaba’.
Meta fil-cash register ma sabx flus, hu qabad u ħa l-laptop. Madankollu mhux qabel sab u qala’ l-wires tal-kameras tas-sigurta’ biex ma jidhirx fil-filmati.
//= $special ?>