Aġġornata
“Finally you found me” kienu l-ewwel kelmiet tal-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, Sai Mizzi, hekk kif indirizzat Konferenza tal-Aħbarijiet. Dan hi l-ewwel darba li Sai Mizzi tfaċċat fil-pubbliku minn meta nħatret Mibgħut Speċjali ta’ Malta, b’paga ta’ €13,000 fix-xahar.
Waqt din il-Konferenza tal-Aħbarijiet tħabbar li l-Gvern se jibda diskussjonijiet mal-kumpanija Ċiniża Huawei li se tkun qed tipprova t-teknoloġija tal-5G f’pajjiżna.
Waqt il-Konferenza tal-Aħbarijiet, li għaddejja bħalissa, Sai Mizzi ma qalitx din il-kumpanija kemm se tħaddem nies.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera fid-diskors tiegħu qal li dan hu investiment li nġieb f’pajjiżna grazzi għall-ħidma tas-Segretarjat tiegħu. Dan jikkuntrasta ma’ dak li l-Gvern, inkluż il-Prim Ministru Joseph Muscat, qed jgħidu u li l-investiment ġej f’Malta frott il-ħidma tal-mara tal-Ministru.
Aktar dettalji hekk kif jidħlu.
[youtube width=”675px” height=”465px”]PNa5BSEcbGA[/youtube]