Il-Pulizija mill-iskwadra tal-mobile t’Għawdex ilbieraħ ġabru pakkett suspettuż li ttella’ minn grupp ta’ għaddasa li kienu qed jgħoddsu fil-Bajja tax-Xwejni, fiż-Żebbuġ Għawdex. Il-Pulizija qalu li ġew infurmati bil-pakkett għall-ħabta tal-4.45 ta’ waranofsinhar.
Jirriżulta li l-grupp kien qed jogħdos fil-bajja tax-Xwejni meta magħhom tellgħu pakket suspettuż li kien jikkonsisti f’borża sewda tal-plastik li wara rriżulta li kienet mimlija b’blokkok suspettati raża tal-kannabis. B’kollox kien hemm madwar 20 kilogramma ta’ dak li qed ikun suspettat li kien kannabis.
Dwar il-każ diversi esperti nħatru mill-Maġistrat tal-Għassa sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata. Dan filwaqt li l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga qed iżommu xi persuni b’rabta mal-investigazzjoni li għaddeja dwar dan il-każ.
//= $special ?>

