Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu, fejn għal darb’oħra jispikkaw l-aħbarijiet dwar il-kriżi tal-Greċja.
IN-NAZZJON b’storja dwar Surġent tal-Pulizija għal Chief Officer fil-Port Ħieles b’paga ta’ €35,000 fis-sens. Ritratt ukoll tal-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras u r-reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għall-ftehim li ntlaħaq dwar il-bailout għall-Greċja.
The Malta Independent tikkwota lill-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li l-ftehim dwar il-Greċja seta’ kien ferm inqas umiljanti li kieku ntlaħaq ġimgħatejn ilu.
Times of Malta b’rapport dwar il-kriżi fil-Greċja, b’rapport li fih jiġi rrappurtat dwar il-mod kif it-tielet bailout għall-Greċja jinkludi kundizzjonijiet iebsa ħafna.
L-Orizzont b’rapport dwar ix-xhieda tal-eks Ministru Austin Gatt quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi lbieraħ filgħaxija. L-Orizzont tikkwota wkoll lill-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti dwar il-Greċja wara l-ftehim li ntlaħaq.
//= $special ?>
