Lokali Qorti

Il-mara ta’ Manwel Mallia ordnata tħallas €2,221

Il-Qorti ordnat lill-mara tal-eks Ministru Manwel Mallia biex tħallas flus li kienet dovuta tagħti lill-Isptar Mater Dei. Dan wara li kient naqset milli tħallas kont ta’ aktar minn €2,200.

L-Uffiċjal Mediku Ewlieni tal-Isptar kien fetaħ mandat ta’ sekwestru fil-konfront ta’ Elena Codruta Cristian wara li hi qattgħet xi ġranet l-Isptar Mater Dei f’Diċembru tal-2008. Il-mara ta’ Manwel Mallia, li dak iż-żmien kienet għadha ma ġabitx iċ-ċittadinanza Maltija, kien daħlet l-Isptar biex twelled lit-tewmin tagħha.

Meta l-Uffiċjal Mediku Ewlieni għamel rikjesta uffiċjali biex il-Qorti tirrilaxxa il-ħlas dovut, il-mara tal-eks Ministru Laburista argumentat li isimha kien imnizzel ħażin – Corduta minflok Codruta.

F’April li ghadda, hi ghamlet qajjmet ukoll kwistjoni ohra fejn sostniet li missier it-tfal huwa Malti, u anke uliedha huma Maltin. Izda l-Magistrat Gabriella Vella warrbet għal kollox iż-żewg argumenti ghaliex ma kellhomx bazi legali soda.

Dan għaliex meta l-Isptar kien kiteb uffiċjalment lill-mara ta’ Manwel Mallia f’Lulju tal-2009 biex isir il-ħlas għas-servizzi moghtija mill-Mater Dei, hi ma kinietx wieġbet fi zmien 20 gurnata. Ghalhekk, il-Qorti ordnat lil Codruta Cristian biex tħallas l-€2,221 dovuti.