Dak li kellu jkun l-ewwel xogħol maġġuri minn naħa ta’ Sai Mizzi, spiċċa biex inbidel f’iffirmar ta’ ftehim ta’ koperazzjoni ma’ kumpanija Ċiniża li se timpjega għaxar minn nies u li lanqas biss nafu kemm se tinvesti f’pajjiżna. La nafu meta se jiftaħ eżatt l-uffiċju f’Malta, u lanqas nafu jekk l-impjiegi hux se jkunu għall-Maltin.
Wara l-iffirmar tal-Memorandum of Understanding mal-kumpanija Huawei, il-Prim Ministru Joseph Muscat ma qalx kemm se tinvesti f’Malta din il-kumpanija. Anzi, għażel li jirredikola l-mistoqsijiet tagħna u insista li huma domandi “stupidi”.
Joseph Muscat deher skomdu iwieġeb quddiem ir-rappreżentanti tal-Huawei dwar it-€13,000 fix-xahar li qed iddaħħal Sai Mizzi.
Intant, qabel l-iffirmar tal-ftehim ma’ Huawei, is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera sostna li din il-partnership maċ-Ċiniżi hija frott il-ħidma li għamel hu u t-tim tiegħu wara żjara li kellhom ftit tax-xhur ilu f’Xenzen.
//= $special ?>

