Dalgħodu tnediet Rockestra 2015 li għal darb’oħra se ssir fit-12 ta’ Settembru, fl-MFCC Ta’ Qali.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Hard Rock Bar, Valletta, tħabbar li l-mistieden speċjali ta’ din is-sena se jkun il-kantant Malti ta’ fama internazzjonali Marc Storace. Marc Storace li minbarra l-karriera bħala solista, huwa l-kantant prinċipali ta’ ‘Krokus’, li fl-2007 ġew onorati bid-Diamond Award hekk kif biegħu miljun album fl-Izvizzera biss.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li Rockestra huwa avveniment kbir mistenni minn eluf ta’ nies, li f’serata ta’ divertiment ta’ muzika mill-aqwa, min jattendi jkun qed jgħin lill-mijiet ta’ nies li jitolbu l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund, li fix-xahar qed tirċievi mitejn applikazzjoni ġdida.
Il-President tenniet kif il-Malta Community Chest Fund qed tonfoq kwart ta’ miljun ewro fix-xahar f’kimoterapija u kura specjalizzata, fosthom tant tfal li sfortutanatament jimirdu b’mard serju u jkollhom bżonn mhux biss il-kura iżda għajnuna wkoll għall-familjari li jiġu mgħejjuna biex isiefru barra l-pajjiż.
//= $special ?>

