Futbol Sport

Impenn fl-Iżrael għal Azzopardi

Ir-referee Maltija Esther Azzopardi (fir-ritratt) intagħżlet biex tkun waħda minn sitt referees għall-14-il edizzjoni tal-UEFA Women’s Under-19 Tournament li se jsir bejn illum u s-27 ta’ Lulju.

Azzopardi se tiddebutta f’dan it-turnament illum, fil-logħba minn grupp B bejn Spanja u n-Norveġja. Il-ħames referees l-oħra se jkunu Lina Lehtovaara (Finlandja), Eleni Lampadariou (Greċja), Rhona Daly (Irlanda), Lorraine Clark (Skozja) uAna Minic (Serbja).

Stephanie Forde (Belġju) u Katalin Torok (Ungerija) se jkunu qed jgħinu lil Azzopardi.