Fuq Facebook qed isir appell biex jinstab sid ta’ ċurkett taż-żwieġ li nstab fil-baħar f’Kemmuna ftit tal-ħin ilu.
Jirriżulta li fuq iċ-ċurkett hemm id-data tal-20 ta’ Ġunju 2015, li jfisser li min tilfu lanqas biss ilu xahar miżżewweġ.
Min għandu xi nformazzjoni jista’ jgħaddiha lil dan is-sit, u minn naħa tagħna ngħadduha lill-persuna li sabet dan iċ-ċurkett.
//= $special ?>