Edukazzjoni Lokali

Konfużjoni fl-ewwel jumejn ta’ Skola Sajf u Klabb 3-16

Skola Sajf u Klabb 3-16 illum daħlu fit-tieni jum tagħhom hekk kif mill-bieraħ bdew jilqgħu aktar minn 13-il tifel u tifla. Dan hekk kif MaltaRightNow.com irċeviet numru ta’ ilmenti minn ġenituri li ħassewhom diżappuntati bis-servizz fl-ewwel jumen.

Fost l-oħrajn mara li tkellmet ma’ MaltaRightNow.com (filmat t’hawn fuq) li saħqu li jinsabu diżappuntati u rrabjati dwar it-tmexxija ta’ Skola Sajf. Fl-ewwel jum ta’ Skola Sajf, ilbieraħ, it-tfal damu sal-10.30 ta’ filgħodu jistennew sakemm ġew assenjati fi klassi. Apparti tfal oħra li ma kienux jafu fejn se jassenjawhom għax qalulhom li ma kienux reġistrati meta dan ma kienx minnu.

Dalgħodu, dan l-istazzjon ippubblika storja oħra dwar nuqqas ta’ LSA’s fi Skola Sajf u Klabb 3-16, apparti ilmenti li qed jidħlu minn ġenituri għall-fatt li bħala playworkers fi Klabb 3-16 hemm persuni li għandhom biss 17-il sena.