Il-banda tas-Soċjetà Filarmonika Pinto se ttella’ kunċert vokali u strumentali, nhar il-Ħamis 16 ta’ Lulju. Il-kunċert se jsir quddiem is-sede tas-Soċjeta’ fi Triq San Sebastjan Ħal Qormi. Il-Banda Pinto se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dominic Darmanin.
L-artisti Federica Falzon u Vincenzo Carni se jkunu l-mistednin speċjali f’dan il-Kunċert.
Mal-Banda Pinto għal dan il-programm se jingħaqad ukoll mużiċist ta’ fama internazzjonali fix-xena tal-Jazz, id-drummer Brittaniku Clark Tracey.
Mistiedna oħra fil-programm ser ikunu s-sopran Rosabelle Bianchi , t-tenur Joseph Aquilina u Georg Zammit.
Innovazzjoni oħra f’dan il-programm ser tkun silta kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Mro Dominic Darmanin Pinto Fusion fejn minbarra li ser iddoqq solo fuq is-Sax Alto ż-żagħżugħa Sarah Sultana ser jingħaqad mal-banda id-DJ Dave Zee.
Is-Surmast David Sammut ser ikun qed idoqq 3 siltiet bi strumenti differenti fosthom il-Mandolina, Saxaphone Sopran u l-vjolin. U ma jonqosx il-kor tat-tfal ta’ Romina Vella.
Din ser tkun opportunità unika li wieħed jista’ jsegwi f’pajjiżna interventi live mal-banda tas-Soċjetà Filarmonika Pinto.
//= $special ?>