Lokali

Malta fost l-aqwa għaxar gżejjer fid-dinja

Il-gżejjer Maltin intagħżlu fl-għaxar post minn fost il-gżejjer madwar id-dinja. Dan skont is-sit tad-Daily Mail li ppublika lista ta’ għaxar gżejjer skont kif magħżula mit-turisti.

Skont id-Daily Mail, il-gżejjer Maltin kisbu iktar popolarita’ minn meta nġibdet f’Malta parti minn Game of Thrones. Madankollu tfakkar li Mala kienet diġa’ popolari minħabba l-istorja rikka u siti tal-għads mill-aqwa. Tfakkar ukoll li fl-aħħar snin pajjiżna ra żieda fil-boutique hotels u nightclubs għad-divertiment.

Fost ir-raġunijiet mogħtija minn Daily Mail hemm ukoll ir-rikkezza tal-postijiet storiċi fil-belt Valletta, fost l-iktar bliet b’konċentrazzi ta’ postijiet storiċi, madwar 320 monument u status ta’ Unesco World Heritage.

Qabel Malta kklassifikaw il-gżejjer Galapagos fl-Ekwador, Bali fl-Indoneżja,  il-Maldives, Tasmania fl-Awstralja, Santorini fil-Greċja, Moorea, Maui u Kauai fil-Hawaii u l-great Barrier Reef fl-Awstralja.