Internazzjonali

Salvat wara 18-il jum fil-ġungla tal-Kolombja

Tifla ta’ seba’ snin li għebet fil-ġungla tal-Kolombja nstabet qawwija u sħiħa wara li qattgħet kważi tliet ġimgħat waħedha f’zona meqjusa bħala art li mhi ta’ ħadd.

It-tifla, Jessica Patricia Arias, ma dehritx aktar wara ħarġa mal-ġenituri fil-Park Nazzjonali ta’ Tayrona, lejn it-Tramuntana tal-Kolombja. Intant, mijiet ta’ pulizija, appoġġjati bil-mezzi tal-art u tal-ajru, ħadu sehem fit-tfittxija intensiva għat-tifla, li kopriet medda mit-territorju taz-zona.

Meta nstabet, Jessica kienet qed tbati minn deidrazzjoni u effetti ta’ malnutriżmu moderat. Il-pulizija kienu sabuha ġo għarix abbandunat wara li rċivew telefonata anonima. Aktar tard, l-awtoritajiet qalu li t-tifla għandha wkoll ġrieħi f’saqajha li jindikaw li setgħet imxiet distanzi twal.

Fil-preżent, il-pulizija qed jinvestigaw min seta’ għamel it-telefonata anonima lill-awtoritajiet rigward l-inħawi fejn setgħet tinstab it-tifla. Fl-istess ħin, mhux magħruf kif iċ-ċkejkna Jessica setgħet għexet għal dan iż-żmien kollu bi ftit li xejn sostenn fil-ġungla.