Sport

Tnejn fidda għal Mark Spiteri f’Bologna

Il-bowler Malti Mark Spiteri kiseb suċċess mill-aqwa waqt il-Kampjonati Ewropej tal-Bowling (ESBC). Dawn il-kampjonati huma bla dubju l-akbar avveniment tas-sena fil-kalendarju tal-bowling u l-edizzjoni ta’ din is-sena saret fil-belt ta’ Bologna fl-Italja. Hu stmat li madwar elf bowler minn diversi pajjiżi ikkompetew f’Bologna. Din kienet l-ewwel darba li Malta kienet rappreżentatha minn tliet bowlers f’dawn il-kampjonati fejn flimkien ma’ Spiteri kien hemm anke Paul Baldacchino u Giancarlo Tolu. Dawn it-tliet irġiel kienu qed jikkompetu kontra 728 bowler.

Fil-kategorija tad-Doubles Baldacchino u Spiteri spiċċaw fit-22 post minn 143 pajjiż. Fis-Singles Spiteri beda jilgħab fuq sitt sessjonijiet fejn ġab punteġġ totali ta’ 1343 għal medja ta’ 223.8 kull sessjoni. Grazzi għal dan l-ammont Spiteri rebaħ il-fidda fid-debutt tiegħu f’dawn il-Kampjonati.

Minn naħa tiegħu Paul Baldacchino temm fit-tmien post b’total ta’ 1279 (medja ta’ 213 punt kull sessjoni). Il-kompetizzjoni intrebħet mill-Iżraeljan Itzhak Dekel li ġab 1375 punt filwaqt li wara Spiteri spiċċa l-Ġermaniż Stefan Korol.

Fil-kategorija ta’ bi tlieta Malta kienet ferm viċin li tirbaħ il-fidda meta spiċċat fil-ħames post b’total ta’ 3664 punt fuq sitt sessjonijiet. It-tim li rebaħ il-bronz, l-Iżvizzera ġabu 19-il punt aktar mill-Maltin filwaqt li kienu l-Iżvediżi li rebħu d-deheb.

F’din il-kategorija reġa’ spikka Spiteri li waħdu kien ġab 3806 punt u b’hekk kiseb post fil-finali tal-irġiel li intlagħbet fuq ħames logħbiet b’format ta’ Round Robin.

Minkejja li minn ħames logħbiet Spiteri rebaħ tnejn biss, il-punteġġ għoli li ġab (205,224, 278,278) ippermettielu jitla’ fit-tieni post b’total ta’ 5034 (u 70 punt bpnus) u b’hekk rebaħ il-fidda.