Lokali

Aġġornata : Jaqleb għall-aħjar wara inċident f’In-Nadur

Aġġornata

Raġel min-Nadur ta’ 51 sena weġġa’ wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ir-Rabat, in-Nadur stess ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija. Għall-ewwel hu kien fil-periklu tal-mewt, iżda wara l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar u ma baqax fil-periklu tal-mewt.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karrozza tat-tip Daihatsu Terios li kienet misjuqa mir-raġel ta’ 51 sena u xarabank misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Qala. Jidher li meta seħħ l-impatt il-vetturi kienu qegħdin jinstaqu f’direzzjoni opposta.

Fil-post issejħu l-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu sabiex ix-xufier ta’ 51 sena seta’ jinħareġ mill-vettura li kien maqbud fiha. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ Ambulanza fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Iktar tard saħħtu qalbet għall-aħjar.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.