Lokali

Erba’ persuni investigati dwar is-sejba ta’ droga f’Għawdex

habta
Incident

Erba’ persuni qed ikunu investigati dwar is-sejba ta’ 20 kilogramma raża tal-kannabis fil-baħar qrib il-bajja tax-Xwejni f’Għawdex.

Rapporti qed jgħidu li tliet Maltin u Għawdxi qed jinżammu għall-investigazzjoni mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

L-investigazzjoni qed iddur fuq traffikar tad-droga fuq il-baħar li wasslet biex ikunu investigati dawn l-erba’ persuni.

Ir-rapporti jgħidu li d-droga nġiebet mill-Marokk permezz ta’ dgħajsa u li din twaddbet il-baħar ftit qabel ma nstabet mill-għaddasa li għaddewha lill-pulizija għal iktar investigazzjoni.