Filwaqt li l-Assoċjazzjoni tat-tobba (MAM) kritikat il-mod kif miexi il-Gvern bi strateġija li jiprivatizza partijiet mis-servizz tas-saħħa, għas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne il-Gvern m’għandu l-ebda problema mal-MAM. Anzi, jinsisti li dan hu “żmien eċċitanti”.
It-Tlieta il-MAM qalet li t-taħlit bejn l-element pubbliku u l-element privat fl-isptarijiet jista’ jwassal għal trattament mhux ugwali għall-pazjenti fl-istess sptar. Jista wkoll ipoġġi lit-tobba f’sitwazzjoni li jmorru kontra l-etika.
Dan it-tħassib ġie spjegat mill-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija Gordon Caruana Dingli u s-Segretarju tal-MAM Martin Balzan waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn l-Assocjazzjoni tat-tobba sahqet li l-Gvern għandu jżomm mal-prioritajiet li għamel hu stess fl-istrateġija għas-sistema nazzjonali tas-saħħa sal-2020. Din sippost tpoġġi emfasi fuq investiment urġenti fil-kura primarja u l-kura tal-anzjani.
Meta lbieraħ saqsejnih dwar dan, Fearne spjega li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jissokta bil-konsultazzjoni mat-tobba.
//= $special ?>