Lokali

Filmat: Id-Deputati tal-Gvern konfużi dwar x’għandu jsir minn Michael Falzon

Hekk kif qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat biex ikeċċi s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon wara l-iskandlu ta’ Gaffarena, id-Deputati Laburisti ma kienux jafu jwieġbu għalfejn Joseph Muscat għadu ma neħħiex lil Michael Falzon.

B’reazzjoni għal mistoqsijiet ta’ MaltaRightNow.com, il-Ministri, Segretarji Parlamentari u d-Deputati tal-Gvern kellhom reazzjonijiet differenti dwar il-pożizzjoni tas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon quddiem l-iskandlu ta’ Gaffarena li sewa lill-poplu Malti miljuni ta’ ewro.