Il-filmat juri l-mumenti qabel ma’ seħħet il-ħarba drammatika ta’ El Capo, l-Kap tal-aktar grupp b’saħħtu fit-traffikar tad-droga fil-Messiku.
Joaquin Guzman ħarab minn ħabs fil-Messiku nhar is-Sibt li għadda. Din m’hijiex l-ewwel darba li Guzman ħarab minn taħt għajnejn is-sigurta’. Lura fl-2001 hu kien ħarab minn ħabs, bil-Pulizija kienet damet aktar minn 10 snin biex reġgħet qabditu.
Fuq l-internet issa beda jdur filmat li juri l-aħħar mumenti ta’ Guzman qabel ħarab miċ-ċella tiegħu. Hu ħarab permezz ta’ mina taħt l-art, li tħaffret miċ-ċella tiegħu. Aktarx, biex sar dan it-tħaffir, Guzman uża blind spot li l-kameras tas-sigurta’ ma jaqbdux. Dan peress li l-mina bdiet titħaffar mix-xawer fiċ-ċella u l-kameras tas-sigurta’ ma jaqbdux din il-parti taċ-ċella biex jipprovdu ċertu livell ta’ privatezza.
Malli ħarab, El Capo saħansitra uża tip ta’ mutur li bih vjaġġa għal tul ta’ aktar minn mil sħiħ fil-mina mħaffra taħt l-art sakemm ħarab, xi ħaġa li tissuġerixxi li El Capo kellu l-għajnuna minn barra. Intant, Guzman għadu s’issa maħrub u mfittex mill-Pulizija.
Filmat: The Telegraph
//= $special ?>