Ġurnata importanti għall-Greċja hekk kif illum il-Parlament Grieg irid japprova l-pakett ta’ riformi mitluba mill-unjoni Ewropea biex il-greċja tkun tista’ tingħata s-self li għandha bżonn.
Iżda l-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras qed iħabbat wiċċu ma’ ribelljoni fi ħdan il-partit tiegħu stess għaliex aċċetta dawn il-kundizzjonijiet.
Is-sitwazzjoni ta’ Tsipras kompliet isir aktar diffiċli minħabba stqarrija tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-awtoritajiet dinjija f’kwistjonijiet finanzjarji. Dan wara li l-IMF qalet li l-Unjoni Ewropea qatt ma messa tat dawk il-kundizzjonijiet lill-Grecja. Dan għaliex kif inhuma l-affarijiet, il-pajjiż ma jistax iħallas id-dejn li għandu u hemm bżonn li xi wħud mid-dejn jinħafer.
Tsipras it-Tlieta qal li anki hu ma tantx jemmen fil-bailout li ngħatat il-Greċja imma din kienet l-unika triq biex ikun evitat li kollox jikkrolla fil-Greċja.
//= $special ?>