Il-Ministru Michael Farrugia kien mitlub mix-Shadow Minister Marthese Portelli jirtira kliem dispreġjattiv jew inkellha jispjega meta l-Ministru Farrugia għadda diversi kummenti fil-konfront tax-Shadow Minister.
Marthese Portelli qalet li mhix se taċċetta kummenti tal-Ministru li jirriferi għaliha bħala “miskina”, u talbitu jirtira dan il-kliem, bid-Deputat Speaker Ċensu Galea jitlob lill-Ministru, biex jirtira l-kliem jew jispjega.
Marthese Portelli saħqet li hi rappreżentata fil-Parlament f’isem il-poplu, bħalma hu wkoll il-Ministru Michael Farrugia, u m’għandha bżonn ebda Ministru li juri li hu dispjaċut għaliha. Saħqet li din mhix id-demokrazija li l-Gvern jitkellem biha, għaliex dan hu kliem dispreġjattiv.
Ix-Shadow Minister Marthese Portelli ħadet din il-pożizzjoni u talbet l-intervent tas-Sedja fil-bidu tad-dibattitu ta’ dalgħodu meta l-Parlament kompla jiddiskuti l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp.
Il-Ministru Michael Farrugia kien mitlub ukoll mid-Deputat Speaker Ċensu Galea biex ma jippruvax iddaħħal lis-Sedja fid-diskussjoni filwaqt li ddikjara wkoll li hu ma jħallix kkummenti jgħaddu bejn iż-żewġ naħat.
Wissa li lest li jieħu l-miżuri meħtieġa u azzjoni skont ir-regolamenti tal-Kamra biex dan ma jitkompliex.
//= $special ?>