Jinkludi filmat
Il-PN qed jikkunsidra li jikkontesta legalment żewġ aspetti tal-liġi tal-finazjament tal-pariti politiċi. Dawn iż-żewġ aspteti huma l-klawsoli dwar l-ugwaljanza bjen il-partiti fil-kuntest tal-propjetà pubblika li l-partit akkwistaw mingħand il-gvern u dwar il-Kummissjoni Elettorali li se ktun l-entità li tirregola d-dikjarazzjonijiet tal-partiti dwa ril-finanzjament tal-partiti.
Din il-pożijzoni kienet espressa f’konferenza tal-aħbarijiet mix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said u mix-Shadow Minister għall-Ekonomija Claudio Grech.
Ix-Shadow Minister Chris Saidd qal li l-Oppożizzjoni tat kontribut kontinwu fl-istadju ta’ kumitat dwar il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Dan bl-iskop li l-pajjiż ikollu l-aħjar liġi possibbli, sostna Chris Saidd, li kompla li l-Oppożizjzoni setgħet għażlet li ma tipparteċipax iżda għażlet li tkun kostruttiva quddiem liġi importanti.
Hu kompla li l-Oppożizzjoni għandha diversi oġġezzjonijiet għal liġi li ressaq il-gvern u qal li l-Oppożizzjoni fil-fatt ressqet diversi emendi fil-kumitat iżda l-gvern għażel li ma jaċċettahomx. Fost dawn kien hemm il-proposta importanti dwar min se jkun ir-regolatur li josserva li l-liġi ma tinkisirx.
Il-proposta tal-gvern hi li tkun il-Kummissjoni Elettorali li tirregola l-finanzjament tal-partiti L-Oppożizzjoni oġġezzjonat għal dan għall-fatt li l-Kummissjoni Elettorali hi komposta minn rappreżentanti tal-partiti politiċi u għalhekk mhix l-aħjar struttura.
Il-proposta tal-Oppożizzjoni hi li titwaqqaf Awtorità regolatorja b’responsabbiltajiet partikolari biex tikkontrolla. Irid ikun ikkunsidrata ukoll li l-gvern għandu l-maġġoranza tal-membri ffil-Kummisjsoni Elettorali.
Oġġezzjoni oħra tal-Oppożizzjoni hi dwar il-porpjetà li l-PL akkwista mingħan dil-gvern u li l-PL ma jridx li tkun ikkunsidrata bħala forma ta’ donazzjoni fil-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Chris Said qal li l-PL għanddu 30 propjetà tal-gvern għandu. Il-PN lest, sostna Chrris Said li jaċċeetta li l-paritit jirritornaw lura lill-gvern kull propjeta li għandhom biex b’hekk ikunu qed jitpoġġew fuq l-istess live. Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa, l-PL hu vantaġġjat sew fu qil-PMN, sostna Chris Said.
Ix-Shadow Minister Claudio Grech qal li l-impenn tal-Oppożizzjoni kien li l-liġi tkun waħda kompluta iżda l-gvern naqas milli japprova proposti tal-emendi li kienu se jtejbu l-liġi. Claudio Grech tkellem dwar diversi bidliet li pproponiet l-Oppożizzjoni u li ddaħħlu fil-liġi fosthom dik dwar kif jinżammu l-kotba tal-partiti li issa jridu jkunu skont l-istandars internazzjonali b’obbligi bbħla tal-kumpaniji.
Proposta oħra tal-Oppożizzjoni h dik dwar l-obbligu li r-rapporti finanzjarji tal-partiti jitpoġġew online u jibqgħu hemm; proposta li oriġinarjament il-Gvern oppona. Il-proposta oriġinali tal-gvern kienet li r-rapporti jkunu miżmuma Evans Building il-Belt u l-pubbliku jrid imur Evans Building biex jarhom.
L-Oppożizzjoni pproponiet ukoll li l-pariti ma jaċċettawx donazzjonijiet mingħand persuni mhux magħrufa waqt li l-proposta tal-gvern kienet li l-partiti jistgħu jaċċettaw donazzjonijiet mingħand nominees. L-Oppożizzjoni pproponiet ukoll li kumpaniji fejn il-gvrn ikollu ishma ma jistgħux jagħtu donazzjonijiet lill-partiti. Dwra dan il-gvern kien qed jipproponi li kum,paniji fejn il-gvern ikollu minoranza jkunu jistgħu jagħtu donazzjonijiet.
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ma qablux ukoll dwar il-massimu ta’ infieq li l-kandidati jistgħu jagħmlu fl-elezzjonijiet ġenerali bil-Gvern jipproponu massimu ta’ E40,000 fuq żewġ distretti minn amssimu ta’ E1400 kull distrett.
Claudio Grecjh spjega li l-Oppożizzjoni nsistiet ukoll li jkun hemm massimu dwar l-infieq tal-pariti politiċi fl-elezzjonjiet ġenerali għaliex ċertu infieq mhux reali. Bħala eżempju Claudio Grech semma d-dikjarazzjoni tal-PL li qed isosnti li fl-aħħar elezjozni nefaq E1.5 miljun fil-kampanja elettorali meta din kienet kmapnaja kbira u qawwija.
Ix-Shadow Minister Claudio Grech kompla li l-Oppożizzjoni temmen li għandu jkun l-awditur ġenerali li jissorvelja l-infieq tal-pariti politiċi.
//= $special ?>

