Lokali

Raġel miżmum mill-Pulizija wara li heddidhom b’żewġt iskieken

Il-Pulizija kellha tikkontrolla raġel ta’ 36 sena wara li dan beda jheddidhom b’żewġt iskieken. Omm ir-raġel irrappurtat lil binha wara li kien qed jabbuża mid-droga fid-dar tagħha u għamel diversi ħsarat u kien ukoll fil-pussess ta’ arma tan-nar.

L-omm sejħet lill-pulizija għall-ghajnuna iżda l-ġuvni beda jhedded lill-pulizija b’żewġt iskieken. Il-pulizja kellhom jikkalmaw lir-raġel permezz ta’ taser u r-raġel inżamm għal iktar investigazzjoni.

Fid-dar instabet kwantità ta’ siringi użati, numru ta’ skieken u ammont ta’ ħġieġ imkisser.