Oskar Groening ta’ 94 sena nstab ħati minn qorti Ġermaniża f’Lueneburg għas-sehem li kellu fil-qtil ta’ 300,000 Lhudi fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz.
Groening kien ikkundannat għal erba’ snin ħabs. Hu kien ammetta li kellu “ħtija morali” għal dak li għamel iżda mhux dik kriminali.
Hu kien responsabbli li jieħu l-affarijiet ta’ valur minn dawk li kienu jittieħdu f’Auschwitz.
Hemm dubji dwar kemm Groening se jiskonta l-piena f’ħabs minħabba l-età tiegħu. Aktarx hu se jkun l-aħħar Nażista li jitressaq il-qorti minħabba l-atroċitajiet tat-Tieni Gwerra min-Nażisti. Għall-proċess kien hemm diversi nies li kienu miżmuma f’Auschwitz.
B’differenza minn oħrajn, fil-passat Groening kien jitkellem pubblikament dwar ir-rwol tiegħu f’Auschwitz biex iwieġeb għal dawk li jsostnu li l-Olokawst qatt ma seħħ.
Sentenza ta’ ħabs għal għassies ta’ Auschwitz
