Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Pulizija flimkien mat-taqsima tal-Anzjanita` Attiva fi ħdan id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, se jkunu qegħdin jagħmlu sessjonijiet dwar prevenzjoni tal-kriminalita` għall-anzjani. Dawn is-sessjonijiet se jkunu qegħdin isiru fid-Day Centres madwar Malta.
Wara dawn it-taħditiet informattivi, l-anzjani se jkollhom l-opportunita` li jitkellmu direttament mal-Uffiċjal li se jkun qiegħed iwassal din l-informazzjoni, rigward cirkostanzi varji fil-lokalita` rispettiva tagħhom.
Is-sezzjonijiet se jkunu qed isiru f’dawn il-ġranet:
Lulju 2015
It-Tnejn 20 ta’ Lulju 2015 fiċ-ċentru ta’ Birkirara fid-9.30 ta ‘filgħodu
Il-Ġimgha 31 ta’ Lulju 2015 fiċ-ċentru tan-Naxxar fid-9.30 ta ‘filgħodu u fis-1.30 ta’ waranofsinhar fiċ-ċentru f’Tas-Sliema.
Awwissu 2015
L-Erbgħa 5 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru ta’ Ħal Safi fid-9.30 ta ‘filgħodu
Il-Ħamis 6 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru tal-Gżira fid-9.30 ta ‘filgħodu
Il-Ġimgħa 7 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru tal-Ħamrun fid-9.30 ta ‘filgħodu
It-Tnejn 10 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru ta’ Ħal Kirkop fid-9.30 ta ‘filgħodu
L-Erbgħa 12 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru ta’ Ħad-Dingli fid-9.30 ta ‘filgħodu
It-Tlieta 18 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru taż-Żurrieq fid-9.30 ta ‘filgħodu
L-Erbgħa 19 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru tal-Imsida fid-9.30 ta ‘filgħodu
Il-Ħamis 20 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru tas-Siġġiewi fid-9.30 ta ‘filgħodu
It-Tnejn 24 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru ta’ Bormla fid-9.30 ta ‘filgħodu
It-Tlieta 25 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru ta’ Santa Venera fid-9.30 ta ‘filgħodu
It-Tnejn 31 t’Awwissu 2015 fiċ-ċentru ta’ Ħal-Luqa fid-9.30 ta ‘filgħodu
Settembru 2015
It-Tlieta l-1 ta’ Settembru 2015 fiċ-ċentru ta’ Ħal Qormi fid-9.30 ta ‘filgħodu
Il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru 2015 fiċ-ċentru ta’ Birżebbuġa fid-9.30 ta ‘filgħodu
Il-Ħamis 17 ta’ Settembru 2015 fiċ-ċentru tal-Mellieħa fid-9.30 ta ‘filgħodu u fis-1.30 ta’ waranofsinhar fiċ-ċentru tal-Mosta
Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru 2015 fiċ-ċentru ta’ San Pawl il-Baħar fid-9.30 ta ‘filgħodu u fis-1.30 ta’ waranofsinhar fiċ-ċentru tal-Imġarr.
It-Tlieta 29 ta’ Settembru 2015 fiċ-ċentru taż-Żejtun fid-9.30 ta ‘filgħodu