Fiċ-Ċina d-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mmexxija mill-Kap Simon Busuttil kompliet b’diversi laqgħat mal-Gvern Ċiniż. Laqgħat bil-għan li tissaħħaħ ir-relazzjoni fuq il-fiduċja, l-onesta’ u t-trasparenza.
F’waħda miż-żjarat, id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mmexxija mill-Kap Simon Busuttil marret ukoll fi sptar ewlieni, fejn hemmhekk id-delegazzjoni tmexxiet mill-ispeċjalista responsabbli mill-isptar.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jinsab akkumpanjat mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami, mill-Kelliem tal-Affarijiet Barranin Tonio Fenech, mis-Segretarju Internazzjonali Trevor Degiorgio kif ukoll minn Matthew Gatt, il-Head of Office tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Ara l-filmat għal kummenti tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Tonio Fenech, li jinsabu jakkumpanjaw lill-Kap tal-PN Simon Busuttil waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina.
//= $special ?>

