Ulisess FC, it-tim mill-Armenja li safa eliminat minn Birkirkara FC fl-Europa League keċċa lill-plejers kollha wara r-riżultat diżappuntanti meta f’daru tilef bl-iskor ta’ 3-1.
Fi stqarrija l-klabb qal li l-maġġoranza assoluta tal-plejers se jkollhom il-kuntratt terminat, ħlief il-gowlkiper tat-tim, Arsen Beglaryan. Minkejja dan it-terremot fil-klabb, Ulisses FC saħaq li xorta waħda se jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet domestiċi.
Fl-istess stqarrija ntqal li l-plejers kollha li kellhom il-kuntratt terminat ġew trasferiti mal-klabb Russu “Torpedo” Armavir. Fl-istess ħin Valeri Hovhannisyan, sid Ulisses F.C., inħatar chairman ta’ “Torpedo” Armavir.
L-amministrazzjoni tal-klabb Armen qalet li issa l-isfida hi biex isibu plejers ġodda biex il-klabb ikun kompetittiv.
//= $special ?>