Vodafone Malta irċeviet 3,339 talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet b’rabta ma’ investigazzjonijiet kriminali. Din l-informazzjoni toħroġ minn rapport annwali maħruġ minn Vodafone Group dwar dawn it-talbiet li jkunu saru f’diversi pajjiżi.
Fi stqarrija separata, il-Gvern qal li dan in-numru mhux interċettazzjonijiet li jsiru mis-Servizz ta’ Sigurta’ Malti, li huma taħt skrutinju tal-liġi u tal-Kumitat tas-Sigurta’.
Il-Gvern qal li l-maġġoranza kbira ta’ dawn it-talbiet jaslu mill-Pulizija għan-nom ta’ vittmi ta’ reati fosthom dwar serq jew telf ta’ telefon ċellulari, telefonati anonimi kif ukoll investigazzjonijiet kriminali u tfittxijiet għal persuni rappurtati nieqsa.
//= $special ?>

