IN-NAZZJON – L-ewwel faċċata ta’ dan il-ġurnal hi ddedikata għall-ġrajja ta’ Manwel Calleja, li jista’ jispiċċa barra t-triq għaliex m’għandux flus biex iħallas il-kera minħabba li kellu jieqaf mix-xogħol wara inċident serju tat-traffiku. Diversi appelli lill-Gvern u lill-Awtorita’ tad-Djar jaqgħu fuq widnejn torox. Il-PN jikkunsidra li jikkontesta legalment xi partijiet mil-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Dawn huma l-ugwaljanza bejn il-partiti fil-kuntesta ta’ propjeta’ pubblika li akkwistaw il-partiti mill-Gvern u dwar il-Kummissjoni Elettorali li se tkun l-entita’ li tirregola d-dikjarazzjonijiet tal-partiti dwar il-finanzjament tagħhom. Fl-ewwel faċċata wkoll, in-Nazzjon tfakkar il-25 anniversarju minn meta Malta applikat formalment biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
TIMES OF MALTA – L-ewwel faċċata hi dedikata għall-aħbar li għaddejjin taħdidiet maċ-Cina dwar il-futur tal-Air Malta. Storja oħra hi dwar ir-rabja tal-bejjiegħa tal-monti lejn il-Gvern li qalu li daħak bihom wara li kien wiegħed li se jkunu stazzjonati tul Triq l-Ordinanza kollha. Fl-aħħar jiem sar magħruf li l-monti mhux se jasal sal-Parlament u Pjazza de Vallette.
THE MALTA INDEPENDENT – Anki dan il-ġurnal għandu storja dwar ir-rabja tal-bejjiegħa tal-monti dwar it-tnaqqis ta’ numru ta’ bankarelli fi Triq l-Ordinanza. Dan il-ġurnal jirrapporta wkoll li tliet kirurgi tal-ortopedija, li huma fost l-aqwa fil-pajjiż iżda li qebżu l-eta’ tal-irtirar, kienu trasferiti lejn id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Mater Dei
THE MALTA BUSINESS WEEKLY – jiddedika l-ewwel faċċata għall-vot tal-bieraħ filgħaxija fil-Parlament Grieg u jirrapporta li d-Deputat Ministru tal-Finanzi Nadia Valavani irriżenjat mill-kariga ftit qabel il-vot dwar miżuri iktar ħorox sabiex il-Greċja tingħata bailout ieħor.
L-ORIZZONT – L-Ewwel faċċata hi dedikata għal tliet stejjer, Fond dwar il-leave tal-maternita’, Inizzjattiva għall-SME’s li se tiġġenera €60 miljun u ultimatum mill-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat dwar il-ġbir mill-bring in sites f’Għawdex
//= $special ?>