Qed ikun rapportat li billboards enormi twaħħlu f’postijiet prominenti f’Sirte mill-ISIS li fihom iwissu n-nisa dwar il-mod kif għandhom jilbsu. Dan wara filmat li nħareġ mill-ISIS u li tpoġġa fuq l-Internet.
Skont rapporti fil-media fir-Renju Unit, il-billboards jistabilixxu seba’ reġoli ta’ dawk li qed jisejħu “ir-regoli tax-Sharia għall-hijab” li jinkludi li l-materjal tal-libsa ma jistgħax ikun irqiq, li l-libsa trid tgħattihom minn rashom sa saqajhom u li ma tistgħax tintuża ebda fwieħa.
Ir-reġoli jistabilixxu wkoll li n-nisa ma jistgħux ikollhom ħwejjeġ b’xi tiketta ta’ xi ditta fuqhom u lanqas ma jkunu jixbħu l-hwejjeġ li jilbsu l-irġiel.
L-ISIS fil-Libja stabbilew bażi tajba f’Sirte u għandhom preżenza f’zoni oħra tal-pajjiż hekk kif għadd m’hemmx il-paċi bejn iż-żewġ Gvernijiet avversarji Libjani – dak ta’ Tripoli u dak ta’ Tobruk.
Billboards tal-ISIS fil-Libja bi twissija lin-nisa
