Aġġornata: Tmiem l-ewwel partita tal-UEFA Europa League bejn West Ham United kontra Birkirkara, bl-iskor ta’ 1-0. Kien James Tomkins li skurja l-gowl li ta r-rebħa lill-Hammers fid-90 minuta. Quddiem folla ta’ 33,048 kienu l-ħafna li taw mertu lit-tim Malti ta’ Birkirkara tal-wirja prestiġjuża li wrew, fosthom lill-goalkeeper Justin Haber b’numru ta’ saves li wettaq tul il-partita.
Tul il-logħba West Ham kellhom l-aktar ammont ta’ pusses madanakollu Birkirakara rnexxielhom iżommu r-riżultat parzjali għal-90 minuta.
Fl-ewwel ħin: Sa tmiem l-ewwel taqsima f’Upton Park, West Ham United u Birkirakara jinsabu fi draw ta’ 0-0.
Ħafna fuq siti internazzjonali qed iffaħru l-Birkirkara tas-sapport li għamlu fil-bidu tal-logħba. Fl-20 minuta l-goalkeeper internazzjonali Malti, Justin Haber jagħmel save mill-isbaħ minn xutt ta’ Mark Noble.
Aktar dettalji tul it-tieni taqsima.
//= $special ?>

