Lokali Unjoni Ewropea

Iċ-Ċiklisti tal-Fondazzjoni ALIVE milqugħa fil-Belġju minn Therese Comodini Cachia

L-Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia laqgħet iċ-ċiklisti u l-voluntieri l-oħra tal-fondazzjoni ALIVE waqt li kienu għaddejjin minn Oostende fil-Belġju bħala parti mill-ħidma tagħhom biex jiġbru fondi b’risq ir-riċerka dwar il-kanċer. Therese Comodini Cachia esprimiet l-apprezzament tagħha lejn il-ħidma ta’ dan il-kontinġent Malti u qalet li l-isforzi tagħhom qed jagħmlu differenza. 46 ċiklist qasmu 6 pajjiżi fi sfida li llum tiġi fi tmiemha f’Londra wara 16-il jum minn meta telqu minn Liechtenstein.