Il-Gvern ingannana u daħaq bina. Din kienet ir-reazzjoni tal-bejjiegha tal-monti f’kummenti lill-gurnali wara li sar maghruf li l-Gvern mhux se jhalli lil tal-monti jarmaw fi Triq l-Ordinanza fil-parti bejn il-Parlament u t-Teatru Rjal.
Qabel l-elezzjoni li ghaddiet, il-Partit Laburista ftiehem mal-bejjiegħa tal-monti li l-monti se jiċċaqlaq għal tul Triq l-Ordinanza kollha u kien lest għall-kritika li kien jaf li se jaqla’ dwarha.
Iżda sena u nofs wara, tal-monti baqgħu ma ċċaqalqux u meta sar magħruf li l-Gvern kien se jċaqlaq il-monti lejn Triq l-Ordinanza, kien hemm oġġezzjonijiet qawwija minn kważi kull settur tas-soċjeta’ ċivili.
Wara diversi ġimgħat, il-Gvern ċeda għall-pressjoni u l-monti issa se jkun fi Triq l-Ordinanza izda jieqaf sa fejn din it-triq taqsam Triq ir-Repubblika. Biex il-monti joqoghdu f’din iz-zona, il-Gvern qed jgħid li se jkollu jnaqqas bejn 10 u 15-il bankarella u għaldaqstant il-Gvern se joffri kumpens lill-bejjiegħa biex iċedu l-liċenzja tagħhom.
Iżda bejjiegħa tal-monti qalu li sakemm hux se jċekknu l-ispazju, in-numru ta’ bejjiegħa li għandu jonqos hu eqreb l-40 jekk iridu joqogħdu fuq naħa waħda ta’ Triq l-Ordinanza.
Ħafna bejjiegħa qalu li mit-tagen spiċċaw għal ġon-nar, li l-Gvern qed jilgħab bil-vot tagħhom.
Bejjiegħ partikolari, li ddeskriva lilu nnifsu bħala Laburist għal għomru, qal li qatt ma kien jistenna li dan il-Gvern jittrattah b’dan il-mod.
//= $special ?>

