Direttur Kunsilli Lokali Ġdid u President u Segretarju ġodda fi ħdan il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista
Il-Kulleġġ Kunsilliera Partit Nazzjonalista eleġġa l-għola żewġ uffiċjali tiegġu. Dan wara li f’Mejju saru l-elezzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li fihom ġew eletti l-President tal-Kulleġġ Graziella Galea u s-Segretarju Amanda Abela. Dan wassal biex iż-żewġ uffiċjali tal-Kulleġġ ħallew il-karigi tagħhom biex jistgħu jiffukaw f’ħidma fl-Eżekuttiv tal-Partit.
Fir-rwol ta’ President tal-Kulleġġ Kunsilliera ġie eltt Alan Abela-Wadge, li hu Kunsillier Lokali fil-lokalita` tal-Msida kif ukoll Kandidat tal-Elezzjoni Ġenerali fuq id-9 Distrett. Min-naħa tiegħu, Pierre Portelli, li hu Kunsillier Lokali fil-lokalita` ta’ Tas-Sliema, ġie elett Segretarju. Iż-żewġ uffiċjali ġew ikkonfermati fir-rwoli rispettivi tagħhom b’mod unanimu.
Apparti minn hekk. Amadana Abela, Kunsilliera Lokali fiż-Żejtun, ġiet appuntata Direttur tal-Kunsilli Lokali. Din se tkun qed taħdem id f’id mal-Amministrazzjoni tal-Partit, mal-Kelliem għal-Kunsilli Lokali David Agius u mal-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista.
Dwar dan l-iżvilupp fil-Kulleġġ Kunsilliera, tkellem il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Agius li qal li dan kollu qed isir biex ikompli jikber r-rwol ta’ diversi Kunsilliera Lokali Żgħażagħ fl-istrutturi tal-Partit. David Agius qal li f’mument meta l-Gvern Laburista qed jkompli jdgħajjef lil-Kunsilli Lokali u ma jagħtix il-fondi neċessarji lil-Kunsilli Lokali, il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jissaħħaħ fl-istrutturi tiegħu biex jagħti appoġġ akbar lil-Kunsilliera Lokali u lil Poplu Malti u Għawdxi li jkollu bżonn l-għajnuna f’dan il-qasam.
//= $special ?>