Annise Bejaoui, iż-żagħżugħ ta’ 26 sena li ġie identifikat bħala l-ħalliel li daħal f’ħanut taż-żraben f’Birkirkara, minn fejn seraq laptop, inżamm arrestat hekk kif illum tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.
Hu ġie akkużat ukoll li daħal u seraq minn ħanut ieħor f’Birkirkara matul l-istess lejl.
Annise, residenti Ħad-Dingli, kien deher f’filmati ta’ kamera tas-sigurta’ tal-ħanut taż-żraben u ntagħraf minn qarrejja ta’ Maltarightnow. Malli waslet l-informazzjoni għand dan is-sit, ġurnalisti ta’ Maltarightnow għaddew l-informazzjoni lill-Pulizija.
Fil-Qorti Annise ġie akkużat li daħal f’żewġt’iħwienet, seraq minnhom, għamel ħsara volontarja, kiser żewġ kundizzjonijiet f’każi separati ta’ liberta’ proviżorja kif ukoll li hu riċediv. Dan għaliex riċentament Annise ngħata l-ħelsien mill-arrest proviżorju fuq numru ta’ każi oħra ta’ serq.
Filwaqt li wġeieb li mhux ħati, l-avukat tal-għajnuna legali Patrick Valentino nforma lill-Qorti li l-akkużat mhux jitlob il-lbierta’ proviżorja imma talab li jinżamm fis-sezzjoni forensika tal-Isptar Monte Carmeli. Din it-talba ġiet milqugħa.
Intant dan is-sit hu nfurmat li nstab anke’ l-laptop li nsteraq mill-ħanut taż-żraben. Is-sidien mistennija jiftħu kwerela biex ikunu jistgħu jakkwistawh lura.
//= $special ?>
