Internazzjonali

L-ewwel ritratti minn Pluto

Il-missjoni storika tan-New Horizons, il-vettura spazjali li din il-ġimgħa waslet f’orbita Pluto wara vjaġġ ta’ għaxar snin, bdiet tibgħat l-ewwel ritratti mill-viċin ta’ Pluto.
Ritratti li juru muntanji tas-silġ u attivita geologika kemm fuq Pluto kif ukoll il-qamar tagħha Charon.
Il-vettura spazjali għaddiet minn ma’ ġenb Pluto, li hemm polemika fid-dinja tax-xjenza dwar jekk hix pjaneta jew le, nhar it-Tlieta u għaddiet minn distanza ta’ 12,500 kilometru bogħod. Matul dan iż-żmien il-vettura spazjali reġistrat ammont kbir ta’ informazzjoni li issa qed tintbagħat lejn id-dinja – vjaġġ ta’ madwar erba’ biljun kilometru.
Minn ritratt li intbagħat min-New Horizons, intlemħu muntanji għolja 3,300 metru li x-xjentisti xebħu mar-Rocky Mountains li hemm fl-Istati Uniti. Spencer qal li l-indikazzjonijiet huma li dawn huma muntanji tas-silġ. Hu qal li t-temperaturi kiesħin li hemm fuq Pluto kienu kapaċi jkun hemm muntanji tas-silġ ta’ dan il-kobor.
Fost l-affarijiet li attiraw l-attenżjoni tax-xjentisti kienet forma ta’ qalb li hemm fuq wiċċ Pluto u dan ir-reġjun ingħata l-isem ta’ ‘Tombaugh Regio’ wara Clyde Tombaugh, ix-xjentist li kien skopra Pluto fl-1930.

Għar-ritratti tan-NASA ta’ Pluto agħfas din il-link