Lokali

“Min semma’ investiment?” – Helena Dalli

L-aħbar tal-ftehim li iffirma l-Gvern mal-kumpanija Ċiniza Huawei diga’ bdiet bl-iskossi. L-ewwel kellna tahwida dwar ‘min’ gab din il-kumpanija lejn Malta – Jose Herrera jgħid li kien hu. Sai Mizzi tgħid li kienet hi.

 

U issa, il-membri tal-Gvern lanqas qed jaqblu bejniethom dwar jekk fil-verita’ dan huwiex investiment.

 

Għall-Ministru Helena Dalli, Huawei f’pajjizna ma jfissirx investiment. Kliem li jikkontradixxi dak li qalu kemm Sai Mizzi u anke l-PM Joseph Muscat.

 

L-investiment jissemma’ ukoll fl-istqarrija uffiċjali mibgħuta mill-Gvern wara l-iffirmar tal-Memorandum of Understanding.