Internazzjonali

Nisa fis-Sudan qed jissugraw 40 daqqa ta’ frosta talli libsu qalziet

Fis-Sudan 11-il mara qed jissugraw 40 daqqa ta’ frosta kull wieħed wara li kienu arrestati mill-Pulizija talli kienu libsin qalziet.
Huma kienu arrestati minn dik li hi magħrufa bħala ‘l-Pulizija tal-moralità’ imma l-ġrajja kollha qed titqies aktar bħala xhieda tal-persekuzzjoni tal-Insara f’dan il-pajjiż.
In-nisa kienu arrestati f’Ġunju quddiem knisja fil-kapitali Khartoum. Waħda min-nisa diġà nstabet ħatja u l-bqija se jkunu qed jitressqu l-qorti fil-ġranet li ġejjin. Fil-każ tal-mara li għandha 19-il sena, Fardos Al Toum, hi ħelset milli tingħata daqqiet ta’ frosta wara pressjoni mill-attivisti imma fil-każ tal-oħrajn aktarx mhux se jiġri l-istess.
In-nisa, li għandhom bejn is-17 u t-23 sena, u li huma mir-reġjun tal-Muntanji Nuba, tul il-fruntiera man-Nofsinhar tas-Sudan, qed jitqiesu bħala xempju tal-preġudizzju tal-Gvern Musulman kontra l-minoranza Nisranija fil-pajjiż.
Il-grupp qed ikun akkużat skont l-Artiklu 152 tal-Kodiċi Kriminali Sudaniża bbażata fuq il-liġi Iżlamika tax-Sharia li tipprojbixxi lbies meqjus indeċenti. Imma attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem