Ambjent Lokali

Sejba t’għasafar li ddaħħlu b’kuntrabandu

Il-Pulizija wettqu sejba t’għasafar li aktarx iddaħħlu b’kuntrabandu.

L-għasafar instabu f’garaxx fi Triq iż-Żinżel f’Ħal Qormi, fejn il-Pulizija sabu madwar 20 tajra tal-priża inkluż isqra.

L-għasafar, li kollha għadhom ħajjin iżda li kollox jindika li ddaħħlu b’kuntrabandu, ma nstabux li kienu f’gaġeġ, iżda f’kompartamenti fil-garaxx.

MaltaRightNow.com jinsab infurmat li s-sidien tal-garaxx huma barranin.