Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u prevenzjoni tal-mard jinnota t-tbassir tat-temp mill-uffiċċju meterojoloġiku li jindika li s-sħana preżenti mistennija tippersisti u tkompli tiżdied fil-ġranet u jiem li ġejjin.
Għaldaqstant fi stqarrija maħruġa mill-Gvern, il-pubbliku qed ikun mgħarraf dwar l-importanza li wieħed jixrob aktar ilma u xarbiet friski fix-xhur tas-sajf u speċjalment f’dawn il-jiem ta’ sħana qawwija. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Jistgħu jikkaġunaw ukoll xemxata.
Is-sħana tista’ taffetwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi u tfal żgħar. Persuni li qed ibgħatu b’xi kundizzjoni kronika jew huma attivi ħafna, għandhom aktar ċans li jiġu affetwati.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa importanti li: Jevita li joħroġ barra bejn 11.00am u l-4.00pm, li joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew il-post tax-xogħol, li jixrob ilma frisk regolarment u li wieħed jiekol ikel frisk.
//= $special ?>

