Aġġornata
Ċittadin imħasseb jieħu l-inizjattiva u jibgħat lill-awtoritajiet kollha
Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali qed jagħmlu spezzjonijiet regolari kuljum biex jassiguraw li l-karozzini ta’ ħdejn il-Qampiena fil-Belt Valletta jdumu biss sakemm it-turisti jieħdu ritratt.
Kelliem għas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali qal dan meta kien mitlub minn MaltaRightNow.com sabiex jingħata r-reazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes dwar l-istorja li ppubblika MaltaRightNow.com dwar żwiemel li qed jitħallew jistennew għal sigħat twal ħdejn il-Qampiena tal-Belt.
Minkejja din ir-reazzjoni, kellu jkun ċittadin imħasseb li ħa l-inizjattiva u minn jeddu bagħat e-mail lill-awtoritajiet biex jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li żwiemel fil-Belt Valletta qed jitħallew f’xemx tiżreġ għal sigħat twal qrib il-Qampiena tal-Belt.
Il-persuna, li wkoll tkellmet ma’ MaltaRightNow.com, spjegat li fil-Belt Valletta, ż-żwiemel qed jitħallew għal sigħat twal fix-xemx, partikolarment qrib il-Qampiena tal-Belt u l-bini ta’ Dar il-Mediterran, dan filwaqt li “sid iż-żiemel ikun qed jistrieħ fid-dell”.
L-e-email (hawn taħt) intbgħatet anke lis-Segretarju Parlamentari tad-Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes. Bħalissa, f’pajjiżna t-temperaturi qed ilaħħqu t-33 grad celcius.
Ir-ritratt ta’ fuq, mibgħut mill-persuna li għamlet kuntatt ma’ MaltaRightNow.com, juri karrozzini qrib il-klabb tal-boċċi tal-Belt. Din il-persuna qaltilna li hi għamlet kuntatt mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali diversi drabi, li min-naħa tagħhom dejjem qalu li qed jagħmlu moniteraġġ tas-sitwazzjoni.
Permezz tal-kuntatt tagħha ma’ dan is-sit, din il-persuna xtaqet twassal messaġġ u appell biex f’dawn iż-żminijiet ta’ xemx tiżreġ, iż-żwiemel jingħataw xi tip ta’ protezzjoni mix-xemx.
Din hi l-e-mail li din il-persuna bagħtet lill-awtoritajiet:
//= $special ?>


