Aġġornata
Tfajla ta’ 15-il sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn Karozza tal-Linja. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema meta grupp ta’ studenti kienu qed jaqsmu t-triq li hemm ħdejn il-Pjazzetta, viċin il-lukanda Preluna, meta f’ħin minnhom, in-Norveġiża ta’ 15-il sena ttajjret mix-xarabank.
Fl-inċident weġġgħu ukoll żewġ passiġġiera li kienu rekbin fl-istess xarabank; Franċiż ta’ 50 sena u Malti ta’ 86 sena. Il-Franċiż weġġa’ gravi filwaqt li l-Malti sofra biss feriti ħfief.
Kemm it-tfajla kif ukoll iż-żewġ Franċiżi ttieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn qed jingħataw il-kura meħtieġa. Filwaqt li l-Malti hu residenti s-Swieqi, iż-żewġ barranin involuti fl-inċident qed joqgħodu f’lukandi differenti fil-Gżira.
Kawża tal-inċident, iż-żewġ karreġjati f’parti minn Triq it-Torri kellhom jingħalqu temporanjament għat-traffiku. Il-kundizzjoni għada mhijiex magħrufa.
//= $special ?>

