In-Nazzjon b’ritratt kbir tal-Prim Ministru Grieg, Alexis Tsipras, tgħid li l-Greċja hi fil-qrib it-tielet Bailout. Dan hekk kif illum il-pajjiżi kollha taz-Zona Ewro mistennija li jikkonfermaw self lil dan il-pajjiż. Storja oħra titkellem dwar kif Bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 inxtraw 20 mutur tad-ditta BMW, għas-sezzjoni tat-traffiku tal-Korp tal-Pulizija b’direct order mingħand Regina Auto Dealer għas-somma ta’ €176,000.
The Malta Independent titkellem dwar kif Gwrdjani Lokali kienu mibgħuta biex iħarrku karrozzi ta’ ministri li kienu ipparkjati b’mod abbużiv. Tgħid ukoll li d-disinji l-ġodda tal-bankarelli tal-monti tal-Belt issa ntagħżlu u se jkunu mħabbra dalwaqt.
The Times of Malta bl-istorja prinċipali tagħha tgħid li 850 persuna li kienu nqabdu jisirqu d-dawl qablu li jħallsu l-kontijiet pendenti tagħhom. F’ritratt insibu wkoll storja dwar is-sħana li qed taħkem il-pajjiż, tgħid li minkejja li hi s-sħana din mhix meqjusa bħala mewġa ta’ sħana. Storja oħra tgħid kif fi skola tal-Gvern ta’ 45 student biss f’San Lawrenz Għawdex hemm impjegati 3 watchmen kif ukoll tliet purtinara.
L-Orizzont tgħid li se jkun hemm funeral ieħor għall-Mario Camilleri magħruf bħala l-Imnieħru, dan wara li l-katavru tiegħu kien inqala’ mill-qabar għal aktar investigazzjonijiet. Storja oħra tgħid li l-GWU se żżid l-azzjonijiet industrijali fl-isptarijiet tal-Gvern, kif ukoll li ħanfusa qed teqred id-dwieli Maltin.
//= $special ?>
