Aġġornata
Il-President tal-Kamra tad-Deputati ma sab li kien hemm ebda tfixkil minn ġurnalist ta’ Media Link Communications meta l-ġurnalist talab kummenti lill-Ministru Carmelo Abela waqt li kien dieħel fil-Kamra tad-Deputat għal seduta parlamentari aktar kmieni din il-ġimgħa.
F’ruling li ta l-Ispeaker Anġlu Farrugia fil-bidu tas-seduta ta’ dalgħodu, l-Ispeaker fisser li kienu eżaminati l-filmati tas-CCTV u ma jirriżultax li hemm biżżejjed elementi li jirriżultaw f’xi tfixkil lill-Ministru Carmelo Abela.
Il-Ministru Carmelo Abela kien ġibed l-attenzjoni tad-Deputat Speaker Ċensu Galea li kien qed jippresiedi s-seduta parlamentari, biex jinvestiga dak li sejjaħ imġiba ta’ ġurnalist li ġera warajh mal-pjazza ta’ quddiem il-Parlament biex jieħu kummenti tiegħu.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia spjega wkoll li jeżistu, areas maż-żewġ blokki bil-bolards għall-media li jindikaw safejn għandhom jaslu l-ġurnalisti, u li dawn qegħdin fi spazju pubbliku.
Irrimarka u appella mill-ġdid lill-media biex josservaw dawn l-areas, filwaqt li kulħadd għandu d-dmir li jwettaq il-ħidma tiegħu mingħajr ebda xkiel ta’ ħadd.
//= $special ?>