Kultura Lokali

Festa ta’ arti fit-toroq

Bejn illum u l-Ħadd jilħqu l-qofol tagħhom l-attivitajiet tas-Sliema Arts Festival. Festival li din is-sena għandu l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 18-il artist lokali u internazzjonali.

Is-Sliema Arts Festival beda nħar it-Tnejn li għadda u matul l-aħħar tlett ijiem tiegħu l-promenade, il-bajjiet u l-ġonna f’Tas Sliema se jkunu trasformati f’festa ta’ arti. Jakkumpanjaw l-arti li se tkun qed isebbaħ Tas-Sliema se jkun hemm stili differenti ta’ mużika. B’hekk tinħoloq atmosfera eċċezjonali anke għal dawk it-turisti li f’dan iż-żmien tas-sena jinsabu Malta. Din l-attivita’ hi parti mill-Malta International Arts Festival Week li qed titella’ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.

L-organizzaturi ħasbu wkoll fil-problema ta’ parkeġġ li hemm f’Tas Sliema u għalhekk għal din l-attivita’, is-Sliema Arts Festival, dawk li jattendu jistgħu jużaw il-parkeġġ ta’ Tigne Point li minn hemm se titħaddem sistema ta’ Park and Ride.
Biex wieħed jikseb aktar informazzjoni jista’ jżur il-paġna ta’ facebook Sliema Arts Festival.