Lokali

Filmat: Id-Deputati tal-Labour m’għandhomx idea ta’ x’jikkonsisti dak li tħabbar!

Jispikka t-taħwid għal dak li tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mill-mara tal-Ministru Konrad Mizzi – Sai Mizzi.

F’mistoqsijiet li saru mill-ġurnalisti ta’ Media.Link Communications, joħroġ biċ-ċar kemm id-Deputati Laburisti m’għandhomx idea ta’ x’jikkonsisti dak li tħabbar nhar it-Tlieta. La kienu kapaċi jwieġbu ta’ kemm se jkun ‘l hekk imsejjah investiment u l-anqas x’se jkunu l-għaxar impjiegi li tħabbru minn Joseph Muscat.

Kien hemm min saħansitra bagħtna nistaqsu lil Sai Mizzi nnifisha għax ma kienx jaf iwieġeb dwar x’għamlet il-mara tal-Ministru biex f’pajjiżna se jkun hawn uffiċju tal-Huawei.

Ara l-filmat bil-kummenti tad-Deputati Laburisti