Lokali

Il-fekruna li ttellgħet mejta fiċ-Ċirkewwa mietet minħabba plastik li belgħet

Il-fekruna li ttellgħet mejta mill-baħar fiċ-Ċirkewwa lbieraħ filgħodu, tat-tip Dermochelys coriacea, mietet għax belgħet plastik u għalhekk kellha nfezzjoni fl-intestini.

Il-Fekruna kienet kbira aktar minn żewġ metri u tiżen 800kg. Mill-awtopsja li mexxa l-veterinarju Dr.Anthony Gruppetta jirriżulta li l-fekruna kienet ilha mejta bejn ġimgħa u tliet ġimgħat.

Dawn it-tip ta’ fkieren huma rari ħafna fil-Mediterran.

Fi stqarrija l-MEPA rringrazzjat lin-Nature Trust, il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija, il-Kumpanija Gozo Channel u d-diviżjoni tal-veterinarji.