Internazzjonali

Investigazzjoni fl-isparatura ta’ Tennessee

Il-FBI qed tinvestiga jekk Muhammad Youssef Abdulazeez kellux rabtiet mal-ISIS jew l-al Qaeda. Dan wara l-Ħamis filgħaxija fetaħ in-nar f’żewġ bazijiet militari Amerikani f’Chattanooga f’Tennessee. Sparaturi li fihom Abdulazeez qatel erba’ Marines qabel ma nqatel mill-Pulizija. Kien hemm tliet persuni, fosthom baħri u Pulizija, li ndarbu fl-isparatura.